Lokali

Anzan fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur

Anzjan ta’ 72 sena minn Birżebbuġa jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li dalgħodu ntlaqat minn vettura f’Bir id-Deheb, fil-limiti taż-Żejtun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq Ħal Għaxaq meta jirriżulta li l-anzjan kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha u ntlaqat minn vettura tat-tip Opel Astra, misjuqa minn raġel ta’ 62 sena miż-Żejtun.

Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku b’Ambulanza, li wara li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan, ħadu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm, hu ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-għassa, li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-Inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.