Internazzjonali

Il-kandidat indipendenti elett President tal-Awstrija

epa05325328 (FILE) A file picture dated 22 May 2016 shows presidential candidate Alexander Van der Bellen, supported by the Green Party, addresses the media at the Palais Auersperg after the Austrian presidential elections run-off in Vienna, Austria, 22 May 2016. Preliminary official results of the presidential elections run-off published on 23 May 2016 by the Austrian Interior Ministry show a narrow win of Van der Bellen over Hofer. EPA/FLORIAN WIESER

Bil-voti li ntbagħtu bil-posta nbidel ir-riżultat fl-elezzjoni Presidenżjali Awstrjaka biex il-kandidat estremista tal-lemin Norbert Hofer ħareġ tellief u l-kandidat indipendenti Alexander Van der Bellen kien elett President.

Il-voti li ntbagħtu bil-posta kienu jammontaw għal madwar 14 fil-mija ta’ dawk eleġibbli għall-vot. Dan f’elezzjoni li fiha mar jivvota 71 fil-mija tal-elettorat fl-Awstrija – pajjiż ta’ 8.5 miljun persuna .

Qabel l-għadd tal-voti li ntbagħtu bil-posta, ir-riżultat temporanji wrew lil Hofer bi 51.9 fil-mija tal-voti u Van der Bellen bi 48.1 fil-mija tal-voti
Imma minkejja li Van der Bellen ħareġ rebbieħ, ħafna osservaturi qalu li r-riżultat kien wieħed xokkanti meta jqies li nofs il-poplu Awstrijak kien lest jivvota għal kandidat estremista għall-kariga ta’ President tal-pajjiż u li din għandha sservi bħala sinjal ta’ twissija għall-partiti politiċi fl-Awstrija.

Kieku kien elett, Hofer kien se jkun l-ewwel kap tal-Istat ta’ pajjiż tal-Unjoni Ewropea ġej minn partit estremista, il-Partit tal-Liberta.

Il-kampanja elettorali Awstrijaka kienet dominata mill-kriżi tal-immigrazzjoni u fl-ewwel fażi tal-elezzjoni Hofer spiċċa bl-akbar ammont ta’ voti.