L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) hija mħassba fuq il-mod kif iċ-Ċentri tas-Saħħa tħallew jiddeterjoraw. U huwa propju għalhekk li rreġistrat tilwima industrijali mal-Gvern.
Fi stqarrija l-MAM qalet li bħalissa fiċ-Ċentri tas-Saħħa l-moral tal-ħaddiema huwa baxx ħafna, hemm kwistjonijiet kbar li intefgħu taħt it-tapit, speċjalisti li qed iħallu s-settur, u nies morda li qed idumu jistennew ħinijiet inaċċettabbli.
Is-servizz qed jiġġebbed aktar minn kemm jiflaħ, sostniet il-MAM, u jekk ma tinstabx soluzzjoni se jkollha tirrikorri għal azzjonijiet industrijali effettivi.
Il-MAM għamlet lista sħiħa ta’ kwistjonijiet pendenti:
– tobba fiċ-Ċentru tal-Mosta li ma jitħallewx jieħdu leave
– inqas tobba, b’aktar xogħol fuqhom
– intimidazzjoni fuq it-tobba part-time
– ħinijiet twal ta’ stennija għall-pazjenti
– problemi ta’ iffullar fiċ-Ċentru tal-Floriana
– xogħol kumpless li qed jingħata lil tobba żgħar
– nuqqas ta’ faċilitajiet
– nuqqas ta’ konsultazzjoni u inċertezza fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop
Il-MAM qed titlob laqgħa urġenti tal-awtoritajiet tas-saħħa.
//= $special ?>

