Lokali

It-tielet deadline mhux milħuq għat-tanker tal-gass … mhux se jkun lest qabel Ottubru

It-tanker tal-gass li se jitpogga’ fil-bajja ta’ Marsaxlokk biex ihaddem il-power station il-gdida, mhux se jkun lest qabel Ottubru. Fi kliem iehor, kollox qed jindika li l-progett tal-power station xprunat minn Konrad Mizzi u Joseph Muscat mhux se jkun lest sas-Sajf…u allura se jkun inqabez deadline iehor.

Il-gurnal Times of Malta illum qed jirrapporta illi il-kumpanija Malasjana li qed tahdem fuq it-tanker tal-gass, se tissuplixxi dan il-bastiment fl-ahhar kwart tas-sena. Dan ifisser li qabel Ottubru, zgur mhux se jasal dan it-tanker.

Jekk dak li qed jigi rappurtat huwa korrett, il-progett se jiffacja it-tielet dewmien mid-data originali ta’ tlestija. Il-power station ta’ Konrad Mizzi u Joseph Muscat kellha tkun lesta sa Marzu tas-sena li ghaddiet. Imbghad kien intqal li se tkun lesta sa Gunju. U issa ricentament Konrad Mizzi kien stqarr b’mod konvincenti li se tkun lesta sas-Sajf…xi haga illi tidher prattikament impossibbli.