Kultura

Jitħabbar it-tim kuratorjali tal-Padiljun ta’ Malta għall-Biennale tal-Arti ta’ Venezja 2017

Iż-żewġ artisti-kuraturi għal Padiljun ta’ Malta fil-Biennale tal-Arti ta’ Venezja huma Raphael Vella u Bettina Hutschek, bejn it-13 ta’ Mejju u s-26 ta’ Novembru 2017.

Bil-proposta tagħhom Homo Melitensis: An incomplete inventory in 19 chapters, iż-żewġ artisti- kuraturi se jippreżentaw il-Padiljun ta’ Malta f’forma ta’ kamra maġika: kompilazzjoni poetika ta’ oġġetti uniċi relatati mal-immaġinarju tal-identità Maltija.

Il-wirja se tiġi ddisinjata b’kollaborazzjoni ma’ tim ta’ periti mmexxija minn Tom Van Malderen (Architecture Project). B’kollaborazzjoni ma’ Stefan Kolgen, se tiġi żviluppata wkoll dinja transmedia li se toħloq spazju fittizju u interattiv onlajn li jikkomunika – iżda jmur ukoll lil hinn – mill-ispazju fiżiku tal-wirja ġewwa Venezja.

Il-Padiljun ta’ Malta se jifforma parti mill-programm kulturali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal- Unjoni Ewropea fl-2017. Il-proġett se jservi bħala pont mal-programm tal-arti kontemporanja tal-Belt bħala Kapitali tal-Kultura Ewropea fl-2018.

Għal aktar informazzjoni żur: http://artscouncilmalta.org/news/curatorial-team- for-the- malta-pavilion-at- the-venice- art-biennale- 2017-announced