Il-Presdient Amerikan Barack Obama ħabbar li l-Istati Uniti kienet se tneħħi għall-kollox l-embargo li kien hemm fuq il-bejgħ ta’ armi lill-Vjetnam, eksgħadu tal-Istati Uniti.
Obama qal dan waqt żjara fil-Vjetnam fejn kellu wkoll taħditiet mat-tmexxija Kommunista tal-pajjiż f’Hanoi. Pass qal il-President Amerikan li bih kien se jitneħħa wirt ieħor tal-Gwerra l-Bierda.
L-Istati Uniti qed tipprova ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-alleati fl-Oċean Paċifiku hekk kif iċ-Ċina tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni rigward territorju li dwaru hemm tilwim ma’ pajjiżi fir-reġjun.
Lejn in-normalità mal-Istati Uniti u l-Vjetnam
