Qorti

Tifel ta’ 15-il sena ħati li kkorrompa żewġt ibniet ta’ 13-il sena

Tifel ta’ 15-il sena nstab ħati wara li ammetta li 15 ilu ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ żewġt ibniet ta’ 13-il sena.

It-tifel li ismu ma jistax jixxandar u lanqas isem iż-żewġt ibniet kien akkużat ukoll li fil-15 ta’ Mejju li għadda kkorrompa liż-żewġt ibniet.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit poġġiet lit-tifel taħt probation għal tliet snin mil-lum.
Qalet li f’dan il-perjodu, il-probation officer għandha tassigura li t-tifel isib postu fid-dinja tax-xogħol u jekk hemm bżonn anke jitqabbad psikoloġista jekk tħoss il-ħtieġa.