Lokali

FILMAT : Żewġ karozzi tal-linja nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema : Passiġġiera tittieħed l-isptar, tnejn oħra jweġġgħu ħafif

Żewġ karozzi tal-linja u garage hira kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema, u konsegwenza ta’ dan it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku u nħoloq traffiku qawwi fiż-żona.

Mara ta’ madwar 50 sena, li kienet passiġġiera fuq waħda minn tal-linji, ttieħdet l-isptar minħabba xokk u weġġgħu żewġ passiġġiera oħra.

Iż-żewġ tal-linji sofrew ħsarat estensivi.