Id-deputat Indipendenti Marlene Farrugia appellat lill-Gvern biex ma jibqax jittradixxi u jidħak bil-poplu.
Dan l-appell Marlene Farrugia għamltu waqt is-seduta parlamentari tallum. Id-Deputat Marlene Farrugia sostniet li l-eżempju qed jingħata ħażin minn fuq u kompliet li ċ-Chief of Stfaf tal-Prim Ministru qed iżomm lill-ministri qishom pupazzi.
In-negozjanti qed ikollhom imorru għandu u mhux għand il-Privatisation Unit. Kont qed nagħti ċans li l-Prim Minitru, il-Puliizja jew il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni tieħu passi iżda ma ttieħed xejn lanqas mit-Taqsima ta’ Awditjar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Hi fakkret li meta l-PL kien fl-Oppożizzjoni kinet ressqet mozzjoni ta’ sfiduċja kontra Richard Cachia Caarunaa iżda llum irriżulta li din kienet vendetta personali. Marlene Frarugia qalet li ‘l fuq mill-parlament m’hemm ħadd u bl-istess agrument kont nistenna li fil-konfront ta’ Schembri jsir l-istess minkejja li dan hu l-primadonna li jġbed l-ispagi ta’ kulħadd. Kont nistenna li jsir kumitat ta’ skrutinju, sostniet Marlene Farrugia, li sostniet li hi fhemet li ma kellux ikun hemm problemi. Hi qalet li hi kellha għażla li l-mozzjoni tagħha tibidilha kif irid ‘hu’ u sostniet li l-PL illum qed jgħid u jagħmel bil-maqlub ta’ dak li kien wiegħed meta kien fl-Oppożizzjoni.
Id-Deputat Indipendenti sostniet li min ma jridx imur quddiem il-parlament ikollu jaħbi bl-indikazzjonijiet li l-Gvern Laburista ma jridx lil Keith Schembri jidher quddiem il-Kumitat għaliex jiżgarra.
Il-ministri għandhom spiji fil-ministeri tagħhom u jafu li kollox irid ikun approvat minn Keith Schembri, sostniet Marlene Farrugia, li kompliet li hi mbellha kif dak li qabel il-PL kien jgħidlu li hu tajjeb illum sar ħażin u dak li sar ħażin issa qed jingħad li hu tajjeb. Fejn se jieqaf jittradixxi u jidħak bil-poplu l-Gvern Laburista? staqsiet Marlene Farrugia li enfażizza l-importanza tat-trasparenza. Il-poplu għandu jagħmel ġudizzju u jkollu l-opportunita li jisma lil Keith Schembri jixhed.
Marlene Farrugia qalet li l-Prim Ministru ma kellux kurraġġ jieħu l-passi u l-istituzzjonijiet ma ħadux azzjoni u sostniet li minkejja dan l-gvern xorta ċaħad li Keith Schembri jin;ieb fil-parlament biex jispjega. Hi appellat lid-Deputati Laburista biex jassigura li jittieħdu l-passi fil-konfront ta’ Keith Schembri biex il-Gvern Laburista jkompli jiggverna mingħajr tebgħat fuqu.
//= $special ?>