L-aġir tal-Gvern f’dan il-każ juri li jrid jevita li jsir skrutinju u ma jridx lil Keith Schembri jwieġeb lill-Parlament dwar mistoqsijiet li qed isiru rigward l-aġir tiegħu fil-każ tal-Panama Papers wara li nħatar Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern qed isostni li proċeduri ta’ ċensura jistgħu jsiru kontra ambaxxatur għaliex hu regolat minn regolamenti fil-Kostituzzjoni. Qed isostnu wkoll li ma jistgħux isiru kontra persuni oħra għaliex m’hemm xejn imsemmi.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li l-fatt li ma hemm l-ebda impediment fir-regolamenti u fil-liġi, allura jagħmel aktar sens li dan l-iskrutinju jista’ jsir.
Francis Zammit Dimech qal li fil-każ ta’ Richard Cachia Caruana, il-Gvern ta’ dak iż-żmien ma kellu ebda diffikultà li jsiru l-investigazzjonijiet li xtaqet l-Oppożizzjoni.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li quddiem il-Parlament hemm abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu jista’ jsir skrutinju fil-konfront ta’ uffiċjali pubbliċi. Il-Gvern ħalla dan l-abbozz fuq l-ixkaffa u ma ressqux għad-dibattitu fil-Parlament.
Francis Zammit Dimech qal li fil-konfront ta’ Keith Schembri qed jitqanqlu ħafna mistoqsijiet dwar l-ġair tiegħu wara li assuma l-kariga ta’ Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Parlament għandu dritt jistaqsi lil Keith Schembri għaliex wara li daħal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru infetħu kumpanniji oħra flimkien ma’ dawk li diġà kellu. Għaliex issemmew joint ventures mal-Ministru Konrad Mizzi. Għaliex sar dak ix-xogħol kollu biex jinftaħ kont bankarju. Għaliex dik il-ferneżija kollha biex jinfteaħ kont sa Diċemberu. Domandi oħra huma dwar il-kont ta’ €800,000 fis-sena.
//= $special ?>