Lokali

L-Air Malta b’titjiriet li jibdew minn €35

L-Air Malta nediet roħs promozzjonali għal vjaġġi bejn il-21 ta’ Settembru 2016 u s-26 ta’ Marzu 2017. It-titjiriet jibdew minn prezzijiet li jinżlu sa €35 f’direzzjoni waħda, inkluż it-taxxi u tariffi oħra.

Is-skont qiegħed jingħata fuq 22 destinazzjoni. Ir-roħs hu miftuħ għal 72 seigħa li jibda minn nhar il-Erbgħa 25 ta’ Mejju fis-07.00 sas-Sibt 28 ta’ Mejju fis-6.59.

Il-biljetti jistgħu jinstraw mis-sit tal-linja tal-ajru www.airmalta.com jew fuq +25621662211 u mill-uffiċċju tal-bejgħ ta-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-promozzjoni tal-Air Malta hija disponibbli fuq titjiriet minn/lejn Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Hamburg, London Gatwick, London Heathrow, Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Palermo, Pariġi, Praga, Ruma, Vjenna u Zurich.

Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà. Jistgħu japplikaw termini u kundizzjonijiet. Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com, jew idħol fuq www.facebook.com/AirMalta .