Lokali

Open Day f’Palumbo Shipyard Malta

Nhar il-Ħadd 29 ta’ Mejju, bejn l-10:00 u 20:30 se ssir Open Day, fit-Tarzna ta’ Palumbo f’Raħal Ġdid. Din l-open day se ssir fit-6 anniversarju tat-tarzna ta’ Palumbo Shipyard f’Malta.

It-tarzna ser tiġi trasformata f’żona għall-familja kollha, b’ferroviji li jdawwruk madwar il-post, face painting, go karting u bouncy castle fost ħafna affarjiet oħra.

Fis-18.00 se jittella’ kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Mistiedna speċjali jinkludu r-rappreżentanta ta’ din is-sena għall-Eurovision Song Contest, Ira Losco, kif ukoll it- tenur Malti Joseph Calleja.

Id-dħul se jkun min naħa ta’ Għajn Dwieli, ftit iktar l-isfel mill-Pompa tal-Petrol.