Uffiċjali tal-Finanzi fi Franza organizzaw rejd fuq l-uffiċini tal-kumpannija Amerikana Google, bħala parti minn investigazzjoni dwar frodi konnessa mat-taxxa.
Ingħad li xi 100 uffiċjal tat-taxxa daħlu fl-uffiċini ta’ Google fiċ-ċentru ta’ Pariġi, bil-pulizija tikkonferma l-azzjoni, u bil-kelliema għal din il-kumpannija tal-Internet ma jikkummentawx.
Il-kumpannija Google hi akkużata li għandha tagħti madwar 1.6 biljun ewro f’taxxi mhumiex imħallsa lill-Istat Franċiż. Dan meta, fl-aħħar jiem, l-arranġamenti tat-taxxa tal-kumpanniji internazzjonali spiċċaw taħt skrutinju intensiv, b’numru ta’ kumpanniji jkunu akkużati li użaw metodi illegali biex jimminimizzaw il-kontijiet tat-taxxa.
L-awtoritajiet Ewropej dwar il-kompetizzjoni qed jinvesstigaw jekk xi ftehim bejn kumpaniji kbar u awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jammontawx għal għajnuna tal-Istat illegali.
//= $special ?>