Appell imqanqal fuq Facebook wassal sabiex f’pajjiżna tibda tfittxija għal raġel li ġie rappurtat nieqes mit-tifla tar-rispett.
Ir-raġel għandu 60 sena, u ġie identifikat minn bintu tar-rispett bħala Tom Steward. Il-mara li rrappurtat il-każ tinsab ir-Renju Unit, u hija Michelle Burgess. Omm Michelle hija l-mara tar-raġel li ġie nieqes.
L-aħħar li deher kien nhar is-Sibt li għadda f’Ħ’Attard.
Burgess kitbet illi għamlet kuntatt ukoll mal-ambaxxata Ingliża f’Malta, u qalet illi hija imħasba minħabba li Tom għandu l-kundizzjoni tad-dijabete.
Il-Pulizija ikkonfermaw l-awtentiċita’ ta’ dan ir-rapport.
//= $special ?>