Lokali

Anzjana marbuta ma’ poġġaman u vittma ta’ serqa f’darha

Anzjana ta’ 86 sena sfat vittma ta’ serqa f’darha fil-Mosta.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am, meta raġel daħal fir-residenza tal-anzjana fi Triq il-Kbira u talabha tagħtih il-flus.

Mal-wasla tal-Pulizija fil-post, l-anzjana spjegat li r-raġel rabatha mal-poġġaman tat-taraġ u wara li seraq ammont ta’ flus kontanti, ħall lill-anzjana u ħarab mill-post.

Il-vittma ma ġarrbet l-ebda feriti. Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-għassa, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-Inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.