Il-Papa Franġisku għamel appell biex dawk it-tfal li huma miżmuma minn xi ħadd kontra r-rieda tagħhom jingħataw lura lill-familji tagħhom.
Hu qal dan waqt l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar ta’ Erbgħa u hekk kif il-ġurnata kienet ukoll il-Ġurnata Internazzjonali ddedikata lit-Tfal Nieqsin.
Hu wkoll tkellem dwar it-tfal li qed igħixu f’sitwazzjoni prekarja u fakkar li kien id-dover ta’ kull wieħed u waħda minnha li jipproteġi t-tfal speċjalment dawk li faċilment jistgħu jispiċċaw sfrutattati għal skopijiet malinnji.
//= $special ?>