Internazzjonali

Ftehim dwar id-dejn Grieg

epa05326817 German Finance Minister Wolfgang Schaeuble (L-R), President of Eurogroup and Dutch Finance Minister Jeroen Dijsselbloem, and Luxembourg's Finance Minister Pierre Gramegna during an Eurogroup finance ministers meeting in Brussels, Belgium, 24 May 2016. The Eurogroup countries' ministers are to discuss on the Greece state of play and the implementation of its economic adjustment programme. EPA/OLIVIER HOSLET

Sar ftehim bejn il-Ministri tal-Finanzi taz-zona ewro u l-Greċja biex din tingħata 10.3 biljun ewro f’self mill-kredituri internazzjonali. Dan wara laqgħa li saret fi Brussell.
Il-Ministri ħallew ukoll il-bieb miftuħ għall-possibbiltà li jittaffa xi ftit mid-dejn Grieg – konċessjoni li kienet meħtieġa biex il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) jibqa’ parti mill-proċess.
Din is-somma flus kienet kruċjali għall-Greċja biex tkun tista’ tħallas il-kontijiet li jiskadu f’Lulju.
F’Awwissu tas-sena li għaddiet, il-Greċja kienet ingħatat it-tielet bailout biex tevita l-falliment.