Il-Gvern iddikjara moratorju fuq l-applikazzjoni tad-deroga tal-kaċċa għall-gamiema fir-rebbiegħali għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm il-manutenzjoni f’livell sodisfaċenti tal-popolazzjoni ta’ din l-ispeċi fl-Unjoni Ewropea tiġi aċċertata xjentifikament.Dan wara r-rakkomandazzjonijiet tal-International Union for the Conservation of Nature (IUCN) u l-Kummissjoni Ewropea kawża tar-rata li permezz tagħha din l-ispeċi qed tonqos.
Fuq livell Ewropew issa mistennija ssir evalwazzjoni xjentifika, imparzjali u oġġettiva sabiex jiġu stabbiliti l-kawżi tat-tnaqqis tal-popolazzjoni tal-gamiema u biex jiġu pprovduti l-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni ta’ din l-ispeċi fl-Ewropa.
L-IUCN identifikat l-ikbar theddid li qed jaffettwa t-tnaqqis tal-Gamiema. Dawn huma: it-trasformazzjoni ta’ art agrikola, il-qerda ta’ siġar u arbuxxelli li jifirdu għelieqi minn oħrajn, telf ta’ abitati semi-naturali, bidliet fil-prattiċi agrikoli, l-użu ta’ erbiċida, mard, id-deżertifikazzjoni u n-nixfa, kif ukoll kompetizzjoni ma’ speċi oħra.
L-aħbar tasal l-għada li Birdlife Malta akkużat lill-Gvern li ma semax mill-fatti xjentifiċi biex issa se jisma’ mill-FKNK, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nasaba Konservazzjonisti. Birdlife Malta kien ilha tisħaq li l-kaċċa fuq il-gamiema għandha tieqaf wara li din ġiet klassifikata bħala speċi vulnerabbli.
//= $special ?>“Dwar dawn il-fatti l-Gvern missu ilu li ħa azzjoni fuqhom u mhux stenna sakemm titkellem l-FKNK,” sostna Mark Sultana, Kap Ezekuttiv tal- Birdlife waqt konferenza tal-aħbarijiet.