Lokali

“Il-Gvern rebaħ ġewwa imma tilef bil-kbir barra … sentejn oħra ser inneħħuħ” – Marlene Farrugia

Wara l-vot fil-Parlament wara d-diskussjoni dwar il-mozzjoni ta’ ċensure fil-Prim Ministru, u wara d-diskors mqanqal tagħha fil-Parlament, l-eks deputat Laburista Marlene Farrugia fuq facebook qalet li “l-Gvern rebaħ ġewwa, imma tilef bil-kbir barra”, b’referenza ċara li tilef mal-poplu.

Hi qalet li llum il-Gvern ta’ Joseph Muscat ċaħħad lill-poplu mit-trasparenza li wegħdu għal darboħra, din id-darba agħar għax ġiegħel lill-grupp parlamentari tiegħu jivvota kontra it-trasparenza li wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Sostniet Marlene Farrugia, li “saħħa qed ibiegħ lil pajjiżna, issa biegħ ukoll il-kredibilita’ u d-dinjita’ tal-grupp parlamentari tiegħu.”

Marlene Farurgia temmet, “Agħmlu kuraġġ, sentejn oħra ser inneħħuħ”.

Fil-post tagħha fuq facebook Marlene Farrugia nkludiet link tad-diska “The Final Countdown”.