Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni Paula Mifsud Bonnici sostniet li filwaqt li l-poplu Malti qed jintalab iħallas it-taxxa u jiffaċċja piżijiet ġodda, il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff f’Kastilja, Keith Schembri, jiftħu kumpaniji sigrieti biex jevadu t-taxxa.
Ix-Shadow Minister Paula Mifsud Bonnici qalet li l-Gvern qed jgħid lin-nies li hu gvern mifni fl-intriċċi tal-Panama. Dan hu gvern maqbud f’kobba li għaqqduha l-Prim Ministru Muscat, il-Ministru Mizzi u Keith Schembri. Dan hu gvern li qed jagħmel cover-up, hu ostaġġ tiegħu innfisu, qed jaħli l-enerġija fil-każ tal-Panama u mhux jiffunzjona.
Il-gvern hu mhedi jipprova jiġġustifika l-istorja tal-Panama u l-miljuni ta’ ewros li hemm involuti fihom. Din hi kriżi ta’ korruzzjoni u l-Prim Ministru kellu trid faċli billi jkeċċi lil Konrad Mizzi u Keith Schembri. Din kienet triq faċli iżda l-Prim Ministru għażel li jdaħħal lil Malta fi sqaq li l-pajjiż mhux joħroġ minnu.
Il-Prim Ministru qed ikompli jħammeġ isem Malta fid-dinja għax qed jagħżel li ma jagħlaqx dan il-kapitlu. Minflok din id-diskussjoni l-pajjiż missu qed jiddiskuti riformi soċjali.
Ix-Shadow Minister tkellmet dwar ir-realtà tal-familji Maltin u qalet li l-familji Maltin m’għandhomx €800,000 biex jiftħu kont fil-Panama. Il-Gvern inganna lill-poplu fl-aħħar elezzjoni billi wiegħed kollox fosthom bi 800 proposta li l-għada li kien elett kienu minsijin.
Gvern li wiegħed li se jaqta’ l-faqar, li se jaqta’ l-prekarjat u li jsolvi l-problema tad-djar soċjali iżda fir-realtà dawn ma twettqux.
Il-poplu llum irid gvern li jwettaq dak li wiegħed, sostniet Paula Mifsud Bonnici, li kompliet li l-Gvern illum tilef il-kuxjenza u l-boxxla soċjali tiegħu. Fl-aħħar tliet l-impenn tal-gvern kien li jinfetħu kontijiet u kumpaniji sigriet. Illum il-Gvern hu maqtugħ mir-realtà ta’ kif qed jgħixu l-familji Maltin u Għawdxin.
B’riferenza għar-rapport tal-Caritas, Paula Mifsud Bonnici qalet li dan l-istudju jkisser il-propaganda qarrieqa tal-Prim Ministru Joseph Muscat qabel l-aħħar elezzjoni. L-aktar familji li batew fl-aħħar tliet snin huma l-familji l-aktar dgħajfa
Ix-xahar li ġej il-familji Maltin se jkunu qed iħallsu t-taxxa iżda Keith Schembri se jkun jara kif jevadiha, sostniet Paula Mifsud Bonnici, li kompliet Keith Schembri ma jridx jiġu quddiem il-Parlament għaliex għandu x’jaħbi.
//= $special ?>