Lokali

Karozza tieħu n-nar u tikkawża konġestjoni tat-traffiku

Ħadd ma’ weġġa’ hekk kif karozza tat-tip Toyota ħadet in-nar waqt li kienet qed tinstaq fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 62 minn Raħal Ġdid. Hi kienet qed issuq direzzjoni lejn il-Belt Valletta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu.

Kawża tal-inċident għal xi ħin inġema ammont kbir ta’ traffiku fil-Marsa.

karozza