Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret proposti biex siti eletroniċi jneħħu ostakkli li hemm għax-xiri minn fuq l-Internet, kemm jekk hu għall-prodotti jew servizzi.
Mira ewlenija tal-proposti hi dik magħrufa bħala l-‘geoblocking’ fejn nies ikun limitati għal siti eletroniċi f’pajjiżhom biss għas-servizzi bħal kiri ta’ vetturi jew biljetti għal-ivjaġġar.
Barraminhekk dawk il-kumpanniji f’pajjiż tal-UE, b’dawn il-proposti, issa jridu joffru l-prodott għall-klijenti tal-pajjiżi kollha tal-UE mingħajr ostakkli fil-prezz tal-posta u mhux ikunu limitati għall-pajjiż fejn huma bażati biss.
Hemm ukoll proposti biex is-servizzi ta’ wiri ta’ films bħal Netflix u Amazon ikollhom kwota ta’ 20 fil-mija tal-films Ewropei.
Il-proposti issa jrid ikunu approvati kemm mill-pajjiżi membri kif ukoll mill-Parlament Ewropew.
//= $special ?>