Il-mewt ta’ Masha, il-qattusa li għall-aħħar 18-il sena tant paxxiet nies biż-żegħil tagħha, li tant ħabbewha u ħallewlha ikel fi Triq Melita fil-Belt Valletta, ħasdet lil ħafna.
Masha kellha titraqqad wara li aktarx ittajret minn vettura privata u nstabet minn uffiċjal tal-Pulizija, għaddejja minn sofferenza u nofs ġisimha paralizzat. Dan wassal biex ittieħdet id-deċiżjoni li l-qattusa titraqqad.
Wara protesta silenzjuża li saret ilbieraħ, fid-dawl tal-qtil ta’ Masha, uħud minn dawk li kienu jilgħabu ma’ Masha, jew iħallulha ftit ikel u ilma, issa fil-kaxxa fejn kienet tgħix Masha bdew jitħallew numru ta’ messaġġi.
Fl-aħħar jiem qamet rabja fost persuni li jħobbu lill-annimali, wara li ħadd ma kien infurmat bid-deċiżjoni li l-qattusa titraqqad. Deċiżjoni li ttieħdet wara li l-qattusa nġabret minn uffiċjali tal-Animal Welfare, u wara li ġiet iċċekkjata minn veterinarju.
Ritratti: Nico Felice/Joanne Mangion/Luana Zion Stephen/Leonie Aquilina
//= $special ?>