Ix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said sostna li l-Prim Ministru Jospeh Muscat ma keċċiex lill-Ministrru Konrad Mizzi u lil Keith Mizzi u spiċċa ostaġġ tagħhom fl-istess perjodu li b’mod indiriett Mossack Fonseca għandhom uffiċċju f’Kastilja.
Chris Said qal li dak li qed jintalab hu li Keith Schembri jiġi quddiem il-Parlament biex iwieġeb kif kien sar fil-konfront ta’ Richard Cachia Caruana. Il-poplu qed jistaqsi x’inhi d-differenza bejn dak li seħħ qabel u dak li seħħ issa speċjalment meta dak li qed jintqla ifl-konfront ta’ Keith Schemri huma ferm iktar serji.
Il-Gvern qed jiddikjara li Keith Schembri hu ‘l fuq minn dan il-Parlament u jirriżulta li Keith Schembri fil-fatt jikkontrolla lill-ministri kollha. Il-Gvern qed jiżbalja jekk jaħseb li l-każ se jingħalaq billi l-gvern jipprova jnessi l-każ. Dan kien jingħalaq kieku l-Prim Ministru ħa d-deċiżjonijiet meħtieġa u fil-pront.
Il-Prim Ministru mhux iwieġeb dwar l-audit li suppost kelelu jkun il-bażi li fuuq l-prim Ministur kien se jieħu d-deċiżjoni dwar Konrad Mizzi. Hu semma l-Freedom of Information Act li hi liġi importanti kontra l-abbużi iżda l-gvern ma jħaddimix billi ma jagħtix l-informazzjoni mitluba.
Hu semma d-diversi skandli li wettaq il-Gvern fosthom dak tal-Australia Hall u qal li l-Partit Laburista se jiggwadanja l-miljuni minn deċiżjoni li ħa l-Prim Ministru. Wara dan l-iskandlu faqqa’ l-iskandlu tal-Cafe Premier li fih il-Prim Ministri iddeċieda li jagħti €4.2 milujun lil min kellu l-kirja tal-post.
Dan kien ftehim li sar ma minn qabel l-aħħar elezzjoni. Tant ma kienx hemm pjan biex jittieħed dan il-post li l-post kien u għadu magħluq. Kieku l-Gvern ħa l-passi legali neċessarji, l-post tal-Cafe Premier kien jittieħed lura b’xejn. Ta’ dan kien responsabbli l-Prim Ministru u Keith Schembri.
Wara dan l-iskandlu faqqa’ l-iskandlu ta’ Gaffarena, li wkoll seħħ fid-Dipartiment tal-Artijiet li hu responsabbilta tal-Prim Ministru. Chris Said qla li l-Prim Ministru mhux biss m’għamel xejn iżda għamel agħar minn hekk għaliex ma ħax passi kontra Keith Schembri. Il-Prim Ministru ried jgħaddi n-nies biż-żmien.
Il-Prim Ministru ma jistax ineħħi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi u aktra minn hekk Mossack Fonesca indirettament għandhom uffiċċju f’Kastilja. Mhux biss ma rriżenjawx Mizzi u Schembri iżda talli l-Prim Ministru għollihom ‘l fuq. Is-sitwazzjoni hi iktar gravi li r-rappreżentant ta’ Mossack Fonseca f’Malta jpoġġi f’Kastilja. Mossack Fonesca hi kkunsidrata mill-Bank Dinji bħala aġenzija korrotta, użata minn kriminali u politiċi korrotti. Fil-Panama u pajjiżi oħra l-pulizija rrejdjaw l-uffiċċji ta’ Mossack Fomnseca iżda l-Pulizija f’Malta m’għamlu xejn.
Dwra iċ-Ċiniż Ceng Chen, li kien inovlut fid-deal tal-bejgħ tal-Enemalta lix-Shangai Electric Chris Said qal li dan hu klijent ta’ Brian Tonna u Nexia BT għenuh jiftaħ kumpanija fil-BVI. Dan hu l-istess persuna li fetaħ il-kumpnaiji għal Keith Schembri, Konrad Mizzi u għal persuna oħra mhux magħrufa.
“Il-Ministru Mizzi u Keith Schembri fetħu l-kumpaniji meta huma kienu fil-fkariga u għalieex il-poplu jistaqsi għaliex il-Prim Ministru ma neħħiehomx. Dan juri li l-pajjiż għandu Prim Ministru ostaġġ,” sostna Chris Said.
//= $special ?>