Ix-xena mas-sebħ tal-Erbgħa qrib Ponte Vecchio f’Firenze. Dan wara li sfrundat l-art għal tul ta’ 200 metru tul ix-Xmara Arno, qasma li kienet ukoll wiesa’ seba’ metri. Skont l-awtoritajiet ta’ Firenze, aktarx dan kien ikkawżat minn pajp tal-ilma maqsum. Fl-inċident ħadd ma ndarab imma madwar 20 vettura spiċċaw f’qiegħ il-qsim li nħoloq.
//= $special ?>RITRATTI: Tisfronda l-art f’Firenze
