Internazzjonali

Skambju ta’ priġunieri bejn ir-Russja u l-Ukrajna

epa05328498 Nadia Savchenko (C), Ukrainian pilot, member of the Ukrainian parliament and member of the Ukrainian delegation to PACE, walks after arriving at the Boryspil International airport near Kiev, Ukraine, 25 May 2016. Nadia Savchenko was exchanged for two officers of a Russian Special Forces unit Alexander Alexandrov and Yevgeniy Yerofeyev. A court in Russia sentenced Savchenko to 22 years in prison after she was found guilty of taking part in an attack which killed two Russian television journalists. A Ukrainian court has sentenced officers of a Russian Special Forces unit Alexander Alexandrov and Yevgeniy Yerofeyev, who were captured not far from pro-Russian rebel-controlled territory near the town of Schastye, Luhansk area, to 14 years in prison each, with the confiscation of property. EPA/SERGEY DOLZHENKO EPA/SERGEY DOLZHENKO

Ir-Russja ħelset lil Nadiya Savchenko (ritratt), bdot militari tal-Ukrajna u li l-każ tagħha kien kompla jkabbar ostilita bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Dan fi skambju ta’ priġunieri li sar bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Jidher li hi bi skambju għall-ħelsien tagħha, l-Ukrajna ħelset lil Yevgeny Yerofeyev u Alexander Alexandrov.
Savchenko, li għandha 34 sena, kienet kundannata għal 22 sena ħabs minn qorti Russa wara li nstabet li kienet qatlet lil żewġ ġurnalisti Russi waqt ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna. Ir-Russi sostnew li hi kienet ordnat sparar bl-artillerija fuq iz-zona fejn kienu l-ġurnalisti.
Yerofeyev u Alexandrov intqal li kienu membri tas-servizzi sigrieti militari Russi imma r-Russja qalet li huma ma kienux fis-servizz meta kienu nqabdu fil-Lvant tal-Ukrajna. Il-koppja x-xahar li għadda kienu kundannati għal 14-il sena ħabs.