Illum se jitressqu l-Qorti tnejn mit-tliet persuni li kienu involuti fil-ġlieda bix-xwabel tas-Samuraj li seħħet f’Paceville kmieni s-Sibt filgħodu.
Fuq Facebook, l-ispettur Sandro Camilleri feraħ lill-Pulizija ta’ San Ġiljan illi flimkien mal-RIU arrestaw tnejn mit-tlieta involuti fil-ġlieda. L-arrest tagħhom seħħ ilbieraħ.
Iż-żewġ persuni huma ta’ Nazzjonalita’ Libjana u x’aktarx li wieħed minnhom huwa mfittex fil-Libja wkoll.
Wieħed ġie arrestat ġewwa San Gwann u l-ieħor fis-Swieqi.
Camilleri sostna illi l-Police Officers Union hija kburija bil-ħidma tal-Pulizija.
//= $special ?>