Raġel ta’ 33 sena nqatel u tlieta oħra ndarbu serjament fi sparatura fi New York. Il-każ seħħ f’sala qrib Union Square ta’ Manhattan, qabel beda kunċert li kellu jagħti l-artist T.I. li huwa stilla fil-qasam tal-hip hop.
L-isparatura seħħet għall-ħabta tal-10 tal-bieraħ filgħaxija, (4:15am ħin ta’ Malta).
Tnejn mill-persuni li ndarbu huma tfajla ta’ 26 sena u raġel ta’ 34 sena.
Is-sala tal-kunċert ingħalqet mill-ewwel, u sa issa għadhom ma saru l-ebda arresti.
//= $special ?>