Kumpanija ewlenija li tispeċjalizza fis-sigurtà fil-qasam tas-sigurta fuq l-Internet qed tinvestiga jekk il-Korea ta’ Fuq tistax tkun marbuta ma’ attakki li saru fl-aħħar xhur fuq numru ta’ banek madwar id-dinja.
Il-kumpanija Symantec qalet li għandha l-provi li l-istess grupp ipprova jisraq il-flus minn bank fil-Filippini, kif ukoll minn bank fil-Vjetnam u mill-bank ċentrali ta’ Bangladesh.
Qed jingħad ukoll li t-tip rari ta’ malware li ntuża fl-attentati kien simili għal dak li kien intuża għall-hacking ta’ Sony Pictures, fl-2014.
Eric Chien, id-direttur tekniku ta’ Symantec, qal li jekk tassew ikun ippruvat li dan l-aġir hu relatat mal-Korea komunista, din tkun l-ewwel darba li pajjiż inqabad li qed jisraq il-flus permezz ta’ hekk-imsejjaħ cyber-attack.
Banek fil-mira tal-Korea ta’ Fuq
