Aktar kmieni llum, s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake rċeviet ittra ta’ riżenja mingħand is-Sur Joseph Galea. Is-Sur Galea rriżenja minn Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-lokalità ta’ Ħal Balzan. Jirriżulta li r-raġuni wara din id-deċiżjoni kienet waħda personali.
Il-Partit Nazzjonalista aċċetta din ir-riżenja.
Minkejja din ir-riżenja, l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jżomm il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan.
//= $special ?>