Il-kaz tal-voti li ingħataw lill-barranin bi ksur tal-liġi jieħu żvolta ġdida. Dan hekk kif il-ġurnal The Malta Independent illum qed jirrapporta illi l-Kap tal-Kummissjoni Elettorali kien konxju tal-irregolaritajiet li kienu qed isiru.
Il-ġurnal bl-Ingliz jikkwota emails li waslu għandu l-Kummissarju Joseph Church, fejn huwa ċar li l-Kummissjoni Elettorali kienet taf b’dak li kien għaddej ferm qabel li l-PN żvela dan l-iskandlu.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Vici Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami prezenta madwar 100 kaz ta’ barranin illi ingħataw id-dritt tal-vot bi ksur ċar tal-Kostituzzjoni. Dawn kollha kienu barranin li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija.
Jumejn ilu, il-Ministru Owen Bonnici sostna illi skont hu m’hemm l-ebda abbuż f’dawn il-kazi.
//= $special ?>