Ambjent Lokali

Investiment ta’ €2 miljun mill-Grupp Palumbo f’pannelli fotovoltajċi

Il-Grupp Palumbo investa €2 miljun fit-Tarzna ta’ Malta. L-investiment jikkonsisti f’xi ta’ pannelli fotovoltajċi li mistennija jnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja b’mill-anqas 750 tunnellata fis-sena.

Dan qalu l-Grupp fi stqarrija, fejn innota wkoll li studji qed juru l-possibbiltà li permezz ta’ dan l-investiment, it-tnaqqis fl-emmissjonijiet jista’ jitla’ saħansitra għal 1,000 tunnellata fis-sena.

Fl-istqarrija jingħad li dan l-investiment isegwi l-impenn tal-Grupp Palumbo għall-enerġija nadifa u biex jiżdied il-kontribut ta’ Malta fit-tnaqqis tal-emmissjonijiet.