Kienu lokalizzati l-kaxxi s-suwed tal-ajruplan tal-EgyptAir li ġġarraf fil-Mediterran f’ċirkustanżi mhux ċari. S’issa tifrik mill-ajruplan nstabu fil-baħar madwar 300 kilometru barra l-kosta ta’ Lixandra fl-Eġittu.
Uffiċjali qalu li issa fil-ġranet li ġejjin se jintbagħtu bastimenti apposta biex jiġbru l-kaxxi s-suwed minn qiegħ il-baħar.
L-ajruplan, Airbus A320, kien fuq vjaġġ minn Pariġi lejn il-Kajr meta għal raġuni s’issa mhux magħruf ġġarraf fil-baħar b’66 persuna abbord.
//= $special ?>