Internazzjonali

Obama f’Hiroshima

epa05331780 US Presdent Barack Obama delivers his speech as Japanese Prime Minister Shinzo Abe (L) listens to him after laying wreaths in front of a cenotaph to offer a prayer for victims of the atomic bombing in 1945 at Hiroshima Peace Memorial Park with viewing the Atomic Bomb Dome (Rear) in Hiroshima, western Japan, 27 May 2016. Obama visited Hiroshima for the first time as US President after the atomic bombing of Hiroshima City. Obama visited the city after attending the two-day G7 Ise-Shima Summit talk. EPA/KIMIMASA MAYAMA / POOL

Il-Ġimgħa Barack Obama sar l-ewwel President Amerikan biex żar Hiroshima, fil-Ġappun – il-post fejn kienet intużat l-ewwel bomba atomika u mar jagħti qima lill-vittmi tal-attakk li kien sar fis-6 ta’ Awwissu tal-1945.
Obama qal li l-memorja ta’ Hiroshima m’għandha qatt titħalla tmut, iżda hu ma talabx apoloġija għal dik l-azzjoni militari ta’ pajjiżu li tibqa’ mniżżla fl-istorja
Obama poġġa kuruna għal dawk kollha li ‘nqatlu fit-Tieni Gwerra Dinjija u f’diskors li għamel ħeġġeġ biex jiżdiedu l-impennji internazzjonali biex id-dinja tkun verament ħielsa mill-armi nukleari.
Aktar tard Obama iltaqa’ fil-privat ma’ nies li għaddew minn dak il-bumbardament ta’ 71 sena ilu.
L-attakk ikien tmexxa mill-qawwiet tal-ajru Amerikani, u waqt li mietu almenu 140,000 fl-attakk fuq Hiroshima, waqt li – tlett ijiem wara l-isplużjoni nukleari – madwar 74,000 oħra spiċċaw jitilfu ħajjithom meta ntefgħet tieni bomba atomika fuq il-belt Ġappuniża ta’ Nagasaki.
Il-President tal-Istati Uniti, imbagħad, tkellem ma’ żewġ persuni – Shigeaki Mori, ta’ 79 sena u Sunao Tsuboi, ta’ 91 sena – li kienu salvaw mill-attakk fuq Hiroshima. Id-dehra ta’ Obama jgħannaq lil dawn l-anzjani kienet waħda kommoventi ferm għall-poplu Ġappuniż, bl-istħarriġ tal-opinjoni jindika li l-maġġoranza tal-Ġappuniżi huma kuntenti biż-żjara tal-President Amerikan waqt li mhumiex urtati ‘dwar in-nuqqas ta’ apoloġija’.