Rapport ta’ veterinarju jgiddeb il-verżjoni tal-Animal Welfare dwar qattusa li traqqdet

Il-qattusa Masha, li għal 18-il sena kienet tgħix ħajja ta’ reġina fi Triq Melita, ikkurata minn ħafna li kienu jmorru jmellsuha, jitimgħuha u jaraw li kienet komda, fl-aħħar jiem inġabret mill-Animal Welfare u traqqdet.

Skont ir-rapport uffiċjali, dan seħħ għaliex ittajret minn karozza, spiċċat paralizzata, issofri minn deidrazzjoni severa kif ukoll mill-virus FIV (simili għall-AIDS fl-umani). kien għalhekk li veterinarju ta l-ordni li titraqqad.

Iżda rapport ta’ veterinarju ieħor, ftit jiem biss qabel dan l-inċident, igiddeb il-verżjoni tal-Animal Welfare u juri kif il-qattusa ma kellha xejn ħlief għal problema ħafifa fil-fwied.

Membri ta’ gruppi tal-annimali fuq Facebook qed igiddbu r-rapport tal-veterinarju magħżul mill-Animal Welfare dwar il-mard li skont hu l-qattusa kellha.

Dan wassal għal sejħiet mill-ġdid għal investigazzjoni, wara dak tal-każ ta’ kelb li nstab abbandunat fis-Siġġiewi u traqqad l-għada li nġabar,

896927c842632f82bd39e82c603a6e24.660x228x1 Mertens

Minkejja dan, f’risposta li ntbagħtet lil dan is-sit, jingħad li r-rapport li ppubblika l-Animal Welfare dwar dan il-każ ifakkar li l-qattusa ġiet paralizzata madwar ġimgħa u nofs wara li sar it-test, wara li ttajret minn vettura, u dan seta’ wassal għad-deidrazzjoni serja li kellha l-qattusa.

Dan għaliex meta ttajret, il-qattusa setgħet sofriet emorraġiji serji minħabba xi ksur tal-għadam li jittrawmatizzaw l-organi, vini u arterji, u b’hekk dan il-fattur inixxef l-organiżmu f’temp ta’ ftit żmien.

Il-marda tal-FIV min-naħa l-oħra tiġi ttestjata b’dak li jissejjaħ ‘Snap Test’, u mhux b’test tad-demm.