(Ritratt: Martin Agius)
L-awtur Malti Kilin se jibqa’ ħaj fil-memorja ta’ dawk li jħobbu l-kitba bil-Malti kemm permezz tax-xogħlijiet letterarji tiegħu kif ukoll b’bust li kien inawgurat fir-Rabat. Il-bust hu xogħol l-iskutur Rabti Joseph Scerri u kien inawgurat quddiem l-iskola tar-Rabat.
Ikkunsidrat wieħed mill-aqwa kittieba Maltin, Kilin laħaq il-quċċata tax-xogħlijiet letterarji tiegħu bil-ktieb ‘Fuq l-Għajn ta’ San bastjan’, li hu kiteb li jiffoka fuq l-esperjenzi ta’ tfulitu. Xogħlijiet oħra ta’ Kilin huma dwar il-kappelli fil-kampanja Maltija, il-ktieb ‘Kif għidtlek Wenz’ flimkien ma’ numru kbir ta’ artiklu u kitbiet oħra li jibqgħu sinonimi mal-istil u l-karatteristiċi ta’ dan l-awtur Malti.
F’Diċembru 2000 Kilin ingħata Ġieħ ir-Repubblika waqt li fl-2002 hu rebaħ il-Premju Vicente Azzopardi; liema premju jingħata lill-Maltin li jiddistingwu lilhom infushom fil-promossjoni tal-kultura Maltija-Spanjola. Il-kiteb ‘Kif Għidtlek Wenz’ kien ukoll rebbieħ ta’ premju letterarju. Fl-2007 Kilin rebaħ ukoll ir-rikonoxximent fil-Ktieb Nazzjonali bħala kittieb li kkontribwixxa b’mod indispenabbli għall-ktieb.
F’kumment lil Net News, l-iskultur Joseph Scerri qal li hemm messaġġ wara dan il-bust u l-karattri l-oħra li hemm fil-parti t’isfel tiegħu fejn hemm ukoll ktieb. Joseph Scerri jispjega li l-iskop tiegħu kien li dan il-bust jattira l-attenzjoni tat-tfal, fost l-oħrajn, biex jersqu lejn il-bust u jistaqsu dwar il-karatteristiċi ta’ Kilin. Scerri jsostni li dan jista’ jkun ukoll skop li jwassal lil iktar persuni biex jersqu lejn il-letteratura mhux biss tal-kitba ta’ Kilin, iżda wkoll ta’ kittieba oħra.
Ilbieraħ filgħaxija fir-Rabat inkixef il-bust tal-poeta Malti, Kilin.
Ritratt : Youtube – Bijografiji