Lokali

Tibda l-maratona ta’ Puttinu

Ritratt : Il-President ta’ Malta u r-raġel tal-President flimkien ma’ Jerome u l-ġenituri tiegħu dalgħodu

Dalgħodu fil-Marsa ngħata bidu għall-maratona ta’ Puttinu. Din il-maratona tibqa’ għaddejja għal tliet ijiem sa nhar il-Ħadd li ġej.

Il-maratona infetħet mill-President ta’ Malta, flimkien maż-żagħżugħ Jerome Frendo li fl-aħħar snin kien fost dawk li ibbenifikaw minn Puttinu Cares.

Infatti s-sena l-oħra kellu jkun Jerome li jagħti l-“kick-off” tal-maratona, iżda ġurnata qabel sar jaf li kien marid għat-tieni darba.

Illum, mal-“kick-off” ta’ Jerome, ommu Josette emozzjonat ruħha, iżda f’wiċċha kien evidenti l-ferħ li llum Jerome jinsab ferma aħjar minn sena ilu.

Din hija t-12-il edizzjoni tal-maratona li ddum 60 siegħa. Din is-sena, il-flus li se jinġabru se jmorru biex jixtru biċċa art f’Londra biex tinbena għall-użu ta’ Puttinu.