3 żgħażagħ ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5.00 fi Triq Sir Temi Zammit.
Mill-ewwel investigazzjonijeit tal-pulizija jidher li għal xi raġuni vettuar tat-tip Toyota Dyna, misjuqa minn ra[el ta’ 29 sena mill-Imsida, kellha impatt ma’ Toyota Corsa, misjuqa minn raġel ta’ 28 sena minn Birkirkara. Flimkien mar-raġel ta’ 28 sena kien hemm ukoll passiġġiera ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu liż-żgħażagħ mill-karozzi.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijeit tal-pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>