Sewwieq ta’ 56 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħodu fit-Telgħa t’Alla u Ommu fin-Naxxar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li seħħ impatt bejn vettura tat-tip Ford Transit, misjuqa mir-raġel ta’ 56 sena residenti Marsascala ma’ coach tat-tip Leyland Plaxton, misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti ż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq ta’ 56 l-isptar.
Għad mhux magħrufa x’grieħi sofra is-sewwieq, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
It-3 passiġġieri li kienu fuq il-coach ma sofrew l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett tan-Naxxar għadhom għaddejjin.
//= $special ?>