Wara maratona ta’ 60 siegħa b’risq Puttinu, is-somma finali li nġabret illejla kienet ta’ €1,888,495.
Fi tmiem il-maratona, il-voluntiera u dawk kollha preżenti nfexxew jiċċelebraw, b’mod speċjali dawk il-ġenituri u tfal li ġew bżonn Puttinu u sabu l-għajnuna kollha.
Illum fost dawk preżenti fil-Marsa kien hemm dieqa wara li matul il-lejl li għadda miet Trevor, missier li għal dawn l-aħħar sentejn kien marid bil-kanċer.
Ħafna ddedikaw il-maratona u s-somma rekord tal-lejla lil Trevor.
//= $special ?>