Fl-aħħar jiem 23 persuna kienu arrestati b’rabta ma’ sejbiet ta’ droga f’diversi lokalitajiet madwar Malta.
Il-Persuni arrestati għandhom bejn is-17 u l-45 sena u huma ta’ nazzjonalitajiet differenti.
Huma qed jiġu nvestigati fuq akkużi relatati ma’ pussess sempliċi, pussess aggravat u traffikar ta’ sustanzi illegali li jinkludu ecstasy, kokaina, il-ħaxixa u r-raża mill-pjanta tal-kannabis.
Tnejn minn dawn l-arrestati għadhom qed jiġu miżmuma minħabba li nstabu fil-pussess ta’ droga (ecstacy u kokaina) li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom, iżda sabiex tiġi ttraffikata.
Mhux eskluż li wħud minn dawn il-persuni jitressqu b’arrest il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>