Lokali

“Aħbar li ixxokjatni” – Charles Saliba

“Kont ixxukjat meta smajt bl-aħbar tal-mewta traġika ta’ Lito”. Hekk stqarr fuq Facebook il-Kap ta’ Radio 101 wara l-inċident tal-bieraħ f’Bormla li ħasad il-ħajja ta’ persuna li għal snin twal ħadem fuq Radio 101.

Dj Lito kien jippreżenta regolarment il-programm Fuxxbox, darba fil-ġimgħa, u kien dilettant kbir tal-mużika rock.

Messaġġi simili ta’ kondoljanzi waslu minn kollegai oħra f’Radio 101 u f’diversi stazzjonijiet oħra li ħadem magħhom, kif ukoll personalitajiet li tul is-snin ħadmu ma’ Lito.