Lokali

FILMAT: Jattakka anzjana f’nofs ta’ triq u jisraqha – Appell biex jinstab il-ħalliel

Anzjana ta’ madwar 80 sena spiċċat vittma ta’ ħalliel illi fi tmiem il-ġimgħa ħatfilha ġiżirana u telaq jiġri biha. Il-każ seħħ f’Ħal Qormi, meta l-mara kienet qed tistenna tal-linja.

F’dawn il-filmati, il-ħalliel jidher jaħrab minn Triq San Bastajn lejn Triq Santu Rokku.

Minn għandu xi informazzjoni dwar l-identita’ tar-raġel huwa mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija.