Lokali

FILMAT : Wara l-logħoba tat-Taljani … jibda jinqala’ l-pitch ta’ Ta’ Qali

Wara li l-bieraħ ntemmu l-logħbiet għall-istaġun 2015/16 bil-logħba internazzjonali ta’ ħbiberija Italja vs Skozja, dalgħodu l-MFA bdiet ix-xogħlijiet fuq il-qlugħ tal-ħaxix tal-Ground tal-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Dan il-proġett se jiswa ftit iktar minn miljun ewro, se jitlesta sa Awwissu li ġej u se jinkludi l-qlugħ tat-turf u l-injezzjoni ta’ sistema ta’ nylon. Dwar dan il-proġett Net News dalgħodu tkellem mas-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vasasallo u ma’ Joe Azzopardi, il-persuna responsabbli mit-turf tal-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali.

Bjorn Vassallo tkellem dwar l-importanza li l-MFA twettaq dawn ix-xogħlijiet tal-qlugħ tat-turf għaliex dan ix-xogħol ma sar qatt mill-1981; meta kien inawgurat il-Ground Nazzjonali. Is-sistem ali se ktun qed tintuża f’Ta’ Qali se tpoġġi dan il-ground fuq l-istess livelli ta’ grounds fosthom fosthom dak ta’ Arsenal u Tottenham. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA spjega kif issa wasal iż-żmien li dan il-proġett jitwettaq għaliex dan jifforma parti mill-pjan tal-MFA biex ittejjeb l-Istadium Nazzjonali minn kull aspett. Fil-fatt wara dan il-proġett l-MFA qed tippjanar ristrutturar tal-istands tal-ispettaturi biex b’hekk il-Ground Nazzjonali jingħata dimensjoni ġdida u joħloq l-atmosfera meħtieġa għal-logħba tal-football.

Joe Azzopardi tkellem dwar il-proġett li se jitwettaq fejn spjega kif it-turf se jinqala mill-qigħ u jerġa’ jinżera bil-ħaxix filwaqt li fih ikun injettat ħamsa fil-mija ta’ nylon. Minkejja din l-injezzjoni, il-ħaxix xorta se jkollu 95 fil-mija ta’ ħaxix naturali u għalhkek mhux se jkun hemm differenza fil-mod kif jidher il-ħaxix.

Flimkien maż-żergħa tal-ħaxix, il-proġett jinkludi wkoll l-installazzjoni mill-ġdid ta’ sistemi ġoodd marbuta ml-ħaxix fosthom is-sistema ta’ irrigazzjoni. Joe Azzopardi spjega li l-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali hu fost l-aktar li jintuża fid-dinja għaliex fih jintlagħbu erba’ logħbiet fil-ġimgħa. Dan qed jikakwża pressjoni qawwija fuq l-istes ħaxix.

ground ta qali