Internazzjonali

Iridu jressqu l-qorti l-mara tal-Prim Ministru Iżraeljan

epa05336641 FILE PHOTO - picture taken on 18 July 2013 shows Israeli Prime Minister Benjamin (R) Netanyahu, his wife Sara Netanyahu (L) during the opening ceremony of the Maccabiah games in Ramat Gan, Israel. Israeli media reports state that Israeli Police have recommended indicting the wife of Israeli prime Minister Netanyahu over alleged irregularities in three separate cases in the running of the prime minister's households. EPA/Abir Sultan

Il-Pulizija Iżraeljana hi tal-opinjoni li jitressqu akkużi kriminali kontra l-mara tal-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, dwar allegat użu ħażin u mhux xieraq ta’ fondi pubbliċi għar-residenzi uffiċjali u privati ta’ din il-koppja.
Sara Netanyahu s-sena l-oħra kienet interrogata mill-pulizija b’konnessjoni ma’ investigazzjoni dwar fondi tal-Istat li kienu tħallsu lil persuna li kienet qed tieħu ħsieb lil missierha qabel mewtu.
Issa s-suspetti huma dwar fondi li ntefqu fuq tiswijiet fil-villa privata tal-koppja Netanyahu li tinsab fir-resort ta’ Caesarea, qrib il-kosta. Dan apparti akkużi li wżat fondi pubbliċi biex ħalset għal riċevimenti privati.