Lokali

Issofri feriti gravi wara li waqgħet minn fuq il-bankina u xarabank għaddiet minn fuq sieqha

Mara ta’ 63 sena minn San Pawl il-Baħar sofriet feriti gravi wara li ntlaqtet minn xarabank ftit wara li aċċidentalment waqgħet minn fuq il-bankina.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9.40am qrib l-Isptar Mater Dei meta għal xi raġuni l-mara waqgħet minn fuq il-bankina u dak il-ħin inzertat għaddejja xarabank li kienet se tieqaf fuq il-bus stop.

Sfortunatament, ix-xufier tax-xarabank, li għandu 57 sena u hu mill-Imtarfa, ma rnexxielux jikkontrolla l-vettura fil-ħin, bil-konsegwenza li din għaddiet minn fuq sieqha.

Fil-post, il-mara ġiet assistita minn tim mediku, li ħadha l-Isptar għal aktar kura. Hemm, hi kienet iċċertifikata li sofriet feriti gravi.

Waslu wkoll il-Pulizija mill-Għassa tal-Imsida, li għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom dwar il-każ.