Wieħed mill-aktar Navy SEALS magħrufin tal-Istati Uniti seta’ eżaġera dwar l-ammont ta’ midalji li rċieva għas-servizzi militari, meta ħareġ ktieb dwar l-esperjenzi tiegħu li kellu jispiċċa bħala best-seller.
Ir-rakkonti ta’ Chris Kyle – is-suġġett tal-famuż film ‘American Sniper’ – isostnu li hu kien ingħata żewġ Silver Stars u ħames Bronze Stars wara erba’ missjonijiet (tours of duty) fl-Iraq.
Madankollu, dokumenti uffiċjali, issa, jissuġġerixxu li l-ammont ta’ unuri ‘ma jaqbilx’ ma dak li hemm imniżżel fil-file personali tiegħu. Dan meta l-files tan-Navy SEALS jindikaw li Kyle kien ingħata Silver Star wieħed u tliet Bronze Stars b’distinzjoni għall-qlubija.
Għalkemm kien salva mill-vjolenza tal-Iraq, Chris Kyle kellu jinqatel, fl-2013, waqt inċident fuq shooting range ta’ Texas. Dan seħħ sena qabel id-direttur Clint Eastwood ibbaża l-film ‘American Sniper’ fuq il-ktieb ta’ Kyle, bl-atturi Bradley Cooper u Sienna Miller fil-partijiet prinċipali.
Id-dokumenti li jissuġġerixxu li Kyle ‘bidel il-versjoni dwar l-unuri militari ‘ kienu nkisbu, oriġinarjament, minn The Intercept. Il-kontenut, minn dak iż-żmien, kien ikkonfermat mil-Logutenent Jackie Pau, li hi kelliema għan-Navy SEALS.
//= $special ?>