Lokali

BTALKS: Tnedija ta’ taħdidiet kummerċjali minn FSME PN

Il-Forum tal-Intrapriżi Żgħar sa Medji fi ħdan il-Partit Nazzjonalista (FSME PN) se jorganizza sensiela ta’ taħdidiet kummerċjali bl-isem “BTALKS”.

L-għan ta’ dawn it-taħdidiet hu li jkunu assistiti SMEs, kemm jekk jkunu Self Employed jew kumpaniji li huma akbar u li jimpjegaw numru ta’ impjegati, jew xi ħadd li għandu l-intenzjoni li jwaqqaf negozju. B’hekk, dawn jibqgħu aġġornati dwar suġġetti varji relatati mad-dinja tan-negozju. Intraprendituri se jkollhom ukoll l-opportunità jaqsmu l-fehmiet u l-esperjenzi tagħhom matul sessjonijiet ta’ networking.

L-ewwel BTALK se ssir is-Sibt, 4 Ġunju it-8.30am u 12pm fil-lukanda Victoria f’Tas-Sliema. Il-kelliema għall-ewwel avveniment se jkunu l-Konsulent tan-Negozju li jispeċjalizza fin-negozji ż-żgħar Anthony Sammut, l-Ispeċjalista tal-Liġi tal-Impjiegi Roselyn Borg u Joseph Busuttil, li se jkunu qed jiddiskuti l-immanigjar ta’ kreditu. L-attività se tkun indirizzata wkoll mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Għal aktar informazzjoni jew biex jibbukkja post, wieħed jista’ ċempel fuq 79000090 jew jibgħat email lil info@fsme.pn.