Ilbieraħ għall-ewwel darba Malta rebħet il-finali tal-Miss World Next Top Model li sar f’Beirut fil-Lebanon.
Malta kienet rappreżentata minn Virginiq Jomes, li hija omm ta’ żewġt’itfal, hija ta’ orġini Bulgara li tgħix f’Malta u li rrapreżentat lil Malta f’din il-kompetizzjoni tant prestiġġjuża.
B’kollox ħadu sehem 44 pajjiż u l-kompetizzjoni bdiet fl-14 ta’ Mejju.
Virginiq Jomes rebħet il-kometizzjoni f’pajjiżna f’April li għadda li kienet organizzata minn James Xuereb u Chris Micallef.
Fuq Net Television bi preparazzjoni għal din i-kompetizzjoni kien qed jixxandar programm dwar din il-kompetizzjoni, Miss World Next Top Model Malta.
//= $special ?>