Għalkemm l-eks Segretarju Parlamentari Laburista Michael Falzon ingħata impjieg ma’ entita’ tal-Gvern, il-Prim Ministru Joseph Muscat evita milli jwieġeb kemm hu l-pakkett finanzjarju tad-deputat laburista f’dan il-job il-ġdid.
F’risposta xotta li tana dalgħodu, Muscat evita milli jwiegeb dwar il-paga li qed jaqla’ l-eks Segretarju Parlamentari ghal dan l-impjieg ma’ Korporazzjoni statali. Qal biss li d-deputat laburista inħatar kif kienu jinħatru nies oħra fil-passat.
Fil-bidu ta’ din is-sena, Michael Falzon kellu jirrizenja mill-Kabinett ta’ Joseph Muscat wara rapport iebes li sar fuq il-ħidma tas-Segretarjat li kien imexxi fl-eqqel tal-iskandlu Gaffarena.
//= $special ?>